• Ordni tal-aħwa ta’ Santu Wistin

    ‘Inti għamiltna għalik o Alla, u qalbna ma ssib qatt kwiet jekk ma tistrieħx fik’

Merħba

Min Aħna

Nissejħu Agostinjani - isem li jġorr miegħu passat mill-isbaħ, preżent mimli sfidi u futur kollu tama! L-Ordni ta’ Santu Wistin huwa wieħed mill-ordnijiet reliġjużi għas-servizz tal-Evanġelju ta’ Sidna Ġesù Kristu. Il-missjoni tagħna hija li nagħtu xhieda tal-imħabba ta’ Alla lejn il-bniedem permezz tal-ħajja fil-komunità, mibnija fuq il-ħbiberija spiritwali u l-qsim tal-esperjenza tal-fidi.
Kompli aqra…

Fejn Ninsabu

Il-pedament tal-ħajja Agostinjani hija l-ħajja tal-komunità, li fiha l-aħwa jaqsmu dak kollu li huma u b’hekk jibnu t-triq li twassal għand Alla permezz tal-qadi tal-oħrajn. Il-valur tal-komunjoni jinkarna ruħu b’mod differenti f’ambjenti u f’ċirkustanzi partikolari. B’dan il-mod, kull fejn inkunu, aħna msejħin sabiex inkunu bħal rifless tal-misteru tal-imħabba ta’ Alla Trinità.
Kompli aqra…

X'Nagħmlu

L-ewwel ħidma tagħna hija l-istess ħajja komunitarja li biha inxandru l-fedeltà ta’ Alla lejn il-bniedem. Kull komunità tipprova tgħix mill-aħjar li tista’ l-ideal tal-imħabba permezz ta’ ħajja ta’ talb u sempliċità, bl-għixien tal-komunjoni, fit-tfittxija tal-Verità bl-istudju u l-interjorità, bil-qsim tal-ġid materjali u spiritwali, fl-għaqda u l-umiltà.
Kompli aqra…

Ħsieb Agostinjan