Fra Grazzja: Qaddej Fidil tal-Evanġelju – il-Bniedem tajjeb u twajjeb ma’ kulħadd

L-Erbgħa 8 ta’ Frar fil-5.30pm fil-Knisja tagħna ta’ Għawdex saret velja ta’ talb li matulha inqraw siltiet mill-ħajja ta’ Fra Grazzja Gauci OSA. Wara wkoll sar it-tberik tax-xbieħa tiegħu, xogħol il-pittur bravu Manwel Farrugia, u sar mument ta’ talb quddiem Ġesu’ Sagramentat. Dakinhar kienet ippubblikata l-bijografija tiegħu – xogħol ta’ Eman Bonnici. Kienu mqassma santi b’aspetti ta’ ħajtu u b’talba miktuba mill-Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech.


© 2024 agostinjani.org. All Rights Reserved.