Bach, Schubert, Debussy u Chopin fil-Kunvent tal-Belt Valletta

Il-Ħamis, 31 ta’ Ottubru filgħaxija fil-Kuridur tal-Kunvent ta’ Santu Wistin il-Belt Valletta ittella kunċert mill-pjanista brava Naoko Aburaki. Aburaki li hija Ġappuniża, esegwixxiet biċċiet minn Kompożituri kbar bħal Bach, Schubert, Debussy u Chopin. Wara l-kunċert, dawk li attendew kellhom il-possibilita li jduru partijiet mill-kunvent u komplew bl-ikel fir-refettorju tal-istess Kunvent.

Dan l-attività hija okkażjoni oħra mill-inizjattiva li qed tippromwovi s-Sinjura Xenia Lorenz-Rebers bl-esperjenza ta’ Kunċert u Ikla fil-kunvent. Barra l-esperjenza partikolari li toffri, din l-inizjattiva għandha anke l-iskop li tippromwovi l-patrimonju kulturali Agostinjan, waqt li tiġbor fondi b’risq ir-restawr tal-kappella l-antika tal-kunvent.


© 2024 agostinjani.org. All Rights Reserved.