Dar tal-Irtiri

retreat_general_pics.jpg

L-esperjenza ta’ Wistin hija simili għal ta’ tant oħrajn ilemm. Għal din ir-raġuni, għeżież Agostinjani, permezz ta’ forom modern ta’ servizz pastorali, tistgħu tgħinnu lil bniedem tallum jiskopri t-tifsira traxxendentali tal-ħajja. Intom għandkom tkunu akkumpanjaturi u gwidi lejn fidi aktar personali u aktar komunitarja, għaliex hija l-Knisja li żżomm ħajja il-memorja ta’ Kristu… Għeżież ulied spiritwali ta’ S. Wistin! Wettqu din il-missjoni importanti fil-Knisja, filwaqt li tieħdu, mit-teżor bla qiegħ tal-Imgħallem Kbir tagħkom, suġġerimenti u proposti għal azzjoni pastorali imġedda… Sabiex il-bniedem jasal għall-mistrieħ tiegħu, il-bidu u l-għan aħħar tal-ħajja, kif jgħid S. Wistin fl-Istqarrijiet (cf. I, 1, 1), jeħtieġ li nidħlu fina nfusna, meħlusa mill-kundizzjonijiet tad-dinja esterjuri, attenti għas-smiegħ umlu tal-vuċi tal-kuxjenza. Hawn jinsab qasam pastorali enormi li jgħodd ħafna għall-kariżma tagħkom. (San Ġwanni Pawlu II, Diskors lill-Aħwa Agostinjani miġbura għall-180 Kapitlu Ġenerali, 7 ta’ Settembru 2001)

Bħala tweġiba għal din is-sejħa tal-Knisja, sabiex inkunu akkumpanjaturi tal-bniedem tallum fil-mixja interjuri tal-fidi, il-Provinċja Agostinjana waqfet Dar tal-Irtiri fil-kunvent tar-Rabat, Għawdex. L-għan ta’ din l-għażla pastorali hija li jkun offrut spazju u mezzi (eż: irtiri, live-ins, formation seminars, etc.) sabiex il-bniedem ikollu aċċess għal dawk il-waqtiet fejn jista’ jieqaf, jirrifletti u jiskopri mill-ġdid il-preżenza ta’ Alla fil-ġewwieni tiegħu.


Attivitajiet li jmiss - Dar tal-Irtiri

iċċekkja drabi oħra għal attivitajiet oħrajn fil-futur
© 2024 agostinjani.org. All Rights Reserved.