Ray Francalanza osa

 

Riflessjonijiet u artikli miktuba min P. Ray Francalanza osa

 


 

  • Jgħidu li l-affarijiet jinbidlu, li s-snin jgħaddu, li s-sema jinfetaħ u li l-istilel..mhux vera jaqgħu.
  • Jgħidu li xejn ma jintilef u kollox għad jittrasforma ruħu..l-istess bħas-sħab li jiġu fuqek u jxarrbuk… u mbagħad jitilqu ‘l hemm.
  • Jgħidu li l-imħabba tiġi meta l-inqas tistenniha, tinduna… għax tifqalek qalbek u għajnejk jiħmaru.
  • Jgħidu li jekk tħares lejn il-baħar tliet darbiet mal-istess persuna, parti minn dik il-persuna, tibqa’ tiegħek/miegħek għal dejjem.
  • Jgħidu li s-silenzji jistgħu jsiru kliem, u l-kliem jaf jsir storbju.
  • Jgħidu li meta tagħmel għażla ticħad xi ħaġa, u li ticħad xi ħaġa…titlob minnek kuraġġ.
  • Jgħidu li meta tkun taf taqa, dak jkun il-ħin li tinduna li lest ittir.
  • Jgħidu li l-fortuna tippremja lil dawk li jkunu tajbin…lil dawk li qatt ma beżgħu jkunu dak li ħolmu.
  • Jgħidu li l-paċenzja hi biss distanza, u li t-tenerezza…forza.
  • Jgħidu li l-kxiexen mhumiex hemm biex tpoġġi fihom il-ħolm, u l-lejl jaf jixxotta d-dmugħ.
  • Jgħidu li l-biża’ qisha bħal kolla…bħal tliet biċċiet ta’ vazun imkisser fir-ramel li jibqgħu hemm..anke meta r-riħ jkun jrid itajjar kollox.
  • Jgħidu li għada għad jisbaħ u jgħaddi wkoll….bħal tbissima jew demgħa li jeħodhom ir-riħ.
  • Jgħidu li biex tiġri, trid tkun taf l-ewwel timxi, u biex ittir, qatt m’hemm mument preċiz.
  • Jgħidu li ngħaddu ħajjitna nibnu ħitan, imma mbagħad xorta nistennew li xi ħadd jħares lejna minn naħa l-oħra tal-ħajt.
  • Jgħidu li n-nies jiltaqgħu darbtejn jew tlieta sakemm jkunu ħajjin.

 Xtaqt naqsam magħkom dawn l-esperjenzi tal-ħajja, meta issa dalwaqt f’Novembru, niftakru fil-festa tal-Qaddisin kollha u fit-tifkira tal-mejtin kollha.  U għalhekk sabih is-sigriet antik – li aħna wkoll tant nemmnuh fuq livell ta’ fidi – li tajjeb li saqajna nzommuhom ankrati hawn fl-art..għax hu hawn u issa li qed ngħixu; imma fl-istess ħin, tajjeb li f’kull esperjenza li ngħaddu minnha, ħarsitna nżommuha dejjem ‘l fuq..lejn is-sema..fejn hemm, jum wieħed, għad ingawdu lil Alla nnifsu. Din il-verita’ ġġorr fiha miraklu kbir ta’ sliem u qawwa.

…..U dwar dak li ktibt hawn fuq….jien ma nafx liema minn dawn kollha huma veri jew le…naf biss li kollha nixtiequ ħajja sabiħa għalina lkoll u li forsi nkunu….rigal għal xi ħadd iehor ukoll. Nawgura dan kollu lilna lkoll.

 

 

Fr Ray Francalanza OSA  

Ottubru 2019

 


Riflessjoni fil-Festa tal-Madonna taċ-Ċintura – Rabat (28 ta’ Ottubru 2017)

Meta niltaqgħu flimkien għal Ewkaristija...aħna ma niġux hawn bi drawwa! Niġu hawn... biex niltaqgħu ma dak li l-iktar jħobbna, biex nisimgħu kelmtU, biex meta noħorġu minn hawn..nibqgħu mexjin warajh: il-Ħaruf t’Alla. Niġu hawn biex ngħaqqdu l-esperjenzi li ngħaddu minnhom – dak li qed ngħixu, dak li hemm fina – u narawhom fid-dawl tiegħu. F’ċertu sens..inħarsu lejħ...’l fuq..minn fejn tiġina kull għajnuna. Jien wieħed minn dawk li nemmen li ħajjitna nifmuha iktar u ngħixuha b’iktar paċi (peacefully lived), jew narawha fid-dawl tal-eternita’...fis-sens li taf li hemm ħajja oħra wara din (afterlife). Li nemmnu li hemm ħajja wara l-mewt – issa jew konxjament jew inkonxjament – dan se jaffetwa kif tħossok kull minuta, ta’ kull ġurnata ta’ kif tgħix. Jekk bil-maqlub, ma nemmnux fl-eternita’, trid tara kif se żżomm ġo fik ‘ix-xjaten’ (demons) tar-restlessness, tad-dizzapunti, tad-dwejjaq, tal-għira, tas-self-pity (titħassar lilek innifsek) u taċ-ċinizmu.


Il-ħolma li welldet qalb... qalb li llum għadha ħajja, tbaqbaq, sabiħa!

13 ta’ Novembru 354.  F’Tagaste (Souk-Ahras) fl-Afrika Rumana jitwieled Wistin iben Patrizju, pagan, u Monika, nisranija qaddisa. Wistin żgħir kien ġa milqugħ fil-katekumenat u ngħata s-sinjal tal-melħ. Iktar tard hu stess kiteb: “Isem Ġesù...il-qalb ċkejkna tiegħi xorbitu bit-tjieba ma’ ħalib ommi u żammitu fis-sħiħ.” (Stqarrijiet III,4).


Kemm tagħmel differenza fil-ħajja, b’liema għajnejn/qalb tara l-affarijiet! Il-Buddisti jgħallmuna li meta l-għajnejn ta’ qalbna jkunu ħielsa tassew – u biex dan jsir, bħala dixxiplina huma jinsistu fuq li kuljum trid tinqata/togħla mill-affarijiet ta’ kuljum....li ironikament ħafna drabi tant jeħdulna enerġija – nkunu nistgħu naraw l-affarijiet ċar. Xi eżempji:

 


Riflessione del Priore Provinciale:  Per una vita piu’ feconda

Incontro della Provincia di Malta

con il Priore Generale Padre Alejandro Moral OSA

Martedi 23 di Maggio - 2017 


© 2024 agostinjani.org. All Rights Reserved.