minn P. Hilary Tagliaferro osa
Il-Papa Franġisku fetaħ is-sena tal-Ħniena fit-8 ta’ Diċembru 2015, fl-istess ġurnata li l-Millennium Chapel kienet qed tfakkar il-15-il sena mit-twaqqif tagħha. Bħala Agostinjani, li din
Riflessjonijiet u artikli miktuba minn P. Hilary Tagliaferro osa
minn P. Hilary Tagliaferro osa
Il-Papa Franġisku fetaħ is-sena tal-Ħniena fit-8 ta’ Diċembru 2015, fl-istess ġurnata li l-Millennium Chapel kienet qed tfakkar il-15-il sena mit-twaqqif tagħha. Bħala Agostinjani, li din
Inkompli naqsam ħajti magħkom
Meta kont tifel jien, bil-bombi niżlin fuq rasna, l-akbar qatla tiegħi kienet li rrid ninżel fix-xelter u nieqaf nilgħab il-ballun fit-triq! Il-ballun kien taċ-ċarruta li konna nixtruh sold – (żgur inqas minn 50c.) minn għand il-Landiera – il-ħajjata ta' Simons Avenue Hal-Tarxien. Min hu tampari jiftakaraha żgur!! Din kienet ħajjata prima imma ċ-ċraret tal-ħwejjeġ li kien jifdlilha meta kienet tħit, ma kinitx tarmihom imma tagħmel dawn il-blalen għalina u taqla xi ħaġa extra. Il-blalen kbar kienu jqumu 3 soldi, u konna niġbruhom bejnietna.
Kien żmien ikraħ għalina u fit-tul ukoll, imma għal grazzja t’Alla għaddejnih u meta għaddiet il-gwerra 1940-44 stajna bil-mod il-mod niġu lura għan-normal.
F’dawn il-ġranet koroh li għaddejjin minnhom, kollox magħluq u aħna magħhom qegħdin ġewwa ma stajtx ma niftakarx f’dawk iż-żminijiet! Għax fil-ħemda u l-kwiet, il-passat jiġi kollu mill-ġdid quddiemek u dak li għaddejna minnu f’ħajjitna.
Kelli 25 sena meta bdejt u kien kuntrast ma' dak li għaddejna minnu fil-Gwerra, li ma kienetx ilha wisq li spiċċat!! U ma kellnix mobile, la TV l-anqas internet!!!! Il-qagħda kienet agħar mil-lum!! Lanqas fil-Gwerra ma kellna dawn il-mezzi ta’ komunikazzjoni li għandna llum.
Imma għaddejna ukoll!
Qed niktbilkom biex tagħmlu kuraġġ ! Jien daqskom qed nimmissja l-futbol fuq it-TV. Imma nappellalkom biex dan iż-żmien tapprezzawh u tużawh mill-aħjar li tistgħu. Ha ngħidilkom kif qed inqattagħha jien u ippruvaw għamlu bħali:
U bil-ghajnuna t’Alla noħorġu minnha u nsibu li sirna persuni aħjar !
Tinsabu fit-talb tiegħi ilkoll.