Hilary Tagliaferro
- Meta twelidt u fejn trabbejt?
Twelidt fit-28 t’Ottubru 1934 u trabbejt fil-bombi tat-tieni gwerra dinjija f’Ħal Tarxien.
- Fejn kont tattendi skola (primarja, sekondarja, post-sekondarja)?
Kont nattendi fl-iskola Primarja u Lyceum sal-1950. Imbagħad mort għan-novizzjat Għawdex meta kelli biss 16-il sena.
- Meta ġietek is-sejħa għall-ħajja agostinjana u x’ħajrek?
Kont immur għand Patri Egidio Galea OSA biex nitgħallem il-Latin u ammirajt il-komunità ta’ Patrijiet li ġew fir-raħal tiegħi u kif kienu laqgħuhom in-nies. Minn dak iż-żmien bqajt infittex u niskopri dak li Alla jrid minni fil-ħajja!
- Xi tħobb tagħmel fil-ħin liberu?
Naqra ħafna, ngħum, indoqq il-pjanu u nara l-futbol!
- Tista’ tgħidilna xi ktieb interessanti li qrajt? Fuq xhiex jittratta?
L-aħħar ktieb sabiħ li diġà qrajt darbtejn huwa “Alive in God” ta’ Patri Timothy Radcliffe OP (ex Pirjol Ġenerali tad-Dumnikani) u erġajt ħadt pjaċir naqra “Crime and Punishment” ta’ Dostoyevsky.
- Għandek xi quote/saying għal qalbek?
Għandi ħafna favoriti ta’ Santu Wistin imma l-aktar waħda hija ta’ Nelson Mandela wara li ħareġ minn 28 sena ħabs li tgħid “As I walked out of the door of prison towards my freedom, I knew that if I did not leave all the anger, hatred and bitterness behind me I would still be in prison.”