Riflessjoni fil-Festa tal-Madonna taċ-Ċintura – Rabat (28 ta’ Ottubru 2017)
Meta niltaqgħu flimkien għal Ewkaristija...aħna ma niġux hawn bi drawwa! Niġu hawn... biex niltaqgħu ma dak li l-iktar jħobbna, biex nisimgħu kelmtU, biex meta noħorġu minn hawn..nibqgħu mexjin warajh: il-Ħaruf t’Alla. Niġu hawn biex ngħaqqdu l-esperjenzi li ngħaddu minnhom – dak li qed ngħixu, dak li hemm fina – u narawhom fid-dawl tiegħu. F’ċertu sens..inħarsu lejħ...’l fuq..minn fejn tiġina kull għajnuna. Jien wieħed minn dawk li nemmen li ħajjitna nifmuha iktar u ngħixuha b’iktar paċi (peacefully lived), jew narawha fid-dawl tal-eternita’...fis-sens li taf li hemm ħajja oħra wara din (afterlife). Li nemmnu li hemm ħajja wara l-mewt – issa jew konxjament jew inkonxjament – dan se jaffetwa kif tħossok kull minuta, ta’ kull ġurnata ta’ kif tgħix. Jekk bil-maqlub, ma nemmnux fl-eternita’, trid tara kif se żżomm ġo fik ‘ix-xjaten’ (demons) tar-restlessness, tad-dizzapunti, tad-dwejjaq, tal-għira, tas-self-pity (titħassar lilek innifsek) u taċ-ċinizmu.