Waħda mill-ewwel attivitajiet tal-Vok Club tal-Kulleġġ Santu Wistin għas-Sajf 2017 kienet l-A&P Friendship Day. Nhar l-Erbgħa 28 ta’ Ġunju t-tfal u l-adolexxenti  li pparteċipaw għixu esperjenza ta’ ħbiberija fuq il-passi tal-ħbieb ta’ Santu Wistin - Alipju u Possidju  - ibbażati fuq il-valur Agostinjan tal-ħbiberija. Kienet ġurnata mimlija attivitajiet ta’ formazzjoni, talb, logħob u baħar.



Il-komunità Agostinjana fil-Belt Valletta bħala parti mill-attivitajiet tal-Bi-Ċentinarju tal-Provinċja Agostinjana Maltija, fetħet il-bibien tal-kunvent sabiex in-nies iżuru u jagħmlu esperjenza ta’ kultura, arti, fidi u storja.

Fost l-attrazzjonijiet kull min żar il-kunvent seta’ jara ukoll re-enactment tas-suldati ta’ Malta fuq dar fil-mandraġġ fi żmien il-gwerra, wirja ta’ presepji kif ukoll wirja tal-għaqda mudelli tal-knejjes.


Bejn it-Tnejn 19 u l-Ġimgħa 23 ta' Ġunju, P. David Cortis osa u P. Salvinu Caruana osa ħadu sehem fil-Konferenza Intercultural Experience of Pastoral Ministry in a changing Europe - New Forms of Evangelization in the Augustinian Order, li saret f'San Gimignano (FI) fl-Italja. Kienet esperjenza sabiħa u kien hemm 9 kelliema, fosthom P. David li għamel riflessjoni fuq The Augustinian Pastoral Hospitality and Integration of Immigrations/Refugees in Malta. The Church’s Evangelical Service of Love to Strangers.

official zlibrary domain z.lib . Find free books


Grupp ta’ Patrijiet Agostinjani matul il-ġimgħa bejn id-19 u 23 ta’ Ġunju nġabru f’Dar Stella Maris fiż-Żebbuġ Għawdex għall-jiem ta’ silenzju u riflessjoni akkumpanjati  minn P. Marcello Ghirlando OFM. Dawn kienu jiem fejn f’ambjent ta’ komunità, l-aħwa miġbura setgħu jirriflettu iktar fuq is-sejħa reliġjuża tagħhom f’relazzjoni mal-Mulej Ġesù, filwaqt li jkomplu jġeddu qalbhom fil-missjoni tagħhom.


Matul din is-sena fejn ir-Reliġjużi Agostinjani Maltin qiegħdin ifakkru l-200 sena mit-twaqqif tal-Provinċja tagħhom, il-Pirjol Ġenerali tal-Ordni Agostinjan, Padre Alejandro Moral Antón OSA ser ikun qiegħed jagħmel iż-żjara Kanonika tiegħu fil-Provinċja Maltija mis-16 sal-24 ta’ Mejju. Din se tkun l-ewwel żjara uffiċjali tiegħu lill-Provinċja u li matulha se jkun qiegħed iżur il-komunitajiet u r-rejaltajiet kollha tal-Provinċja.

Matul dawn il-ġranet li ser ikun hawn Malta ser ikun qiegħed jiltaqa’ b’mod individwali ma’ kull reliġjuż u kif ukoll ma’ kull komunità: Rabat Malta, il-Belt Valletta, Pietà, Ħal Tarxien, Paceville, Rabat Għawdex. Jiltaqa’ wkoll  mal-agostinjani li jinsabu fid-Dar tal-Kleru f’Birkirkara. Ser ikun qiegħed jgħati l-Affiljazzjoni tal-Ordni lil għaxar persuni. Żjara mportanti ser tkun dik fl-iskejjel: dik tal-Primarja ġewwa l-Marsa u l-oħra Sekondarja f’tal-Pietà. Ser ikun qiegħed imexxi l-festa Titulari tal-Parroċċa Santu Wistin u kif ukoll il-Korteo u l-quddiesa tal-Festa ta’ Santa Rita fil-Belt Valletta. Il-Lajċi kollha li b’xi mod jew ieħor huma f’kuntatt mal-Agostinjani, ser jiltaqgħu wkoll mal-Ġeneral. Laqgħa oħra mportanti ser tkun dik mal-Arċisqof ta’ Malta, Mons Charles Scicluna u l-Isqof ta’ Għawdex, Mons Mario Grech. Din iż-żjara Kanonika tispiċċa b’permezz ta’ laqgħha fraterna mar-Reliġjużi kollha tal-Provinċja flimkien.

Il-Pirjol Ġenerali ser ikun akkompanjat minn wieħed mill-Assistenti tiegħu: Padre Luis Marín de San Martín OSA li jieħu ħsieb l-agostinjani kollha li huma fin-naħa t’isfel tal-Ewropa.

Merħba fostna!


© 2024 agostinjani.org. All Rights Reserved.