Dr Martijn Boven

Nhar il-Erbgħa, 27 ta’ Novembru 2019 fis-7pm

Dr Martijn Boven mill-Fakultà tal-Istudji Reliġjużi tal-Università ta’ Groningen fl-Olanda, huwa l-lecturer mistieden għal din l-edizzjoni 22 tal-Annual Saint Augustine Lecture 2019 ġewwa l-Università ta’ Malta. Il-lecture twaqqaf fis-sena 1998 mill-Professur Salvinu Caruana OSA, u jinżamm kull sena flimkien mal-Fakultà tat-Teoloġija tal-Università ta’ Malta, l-Istitut Agostinjan, u l-Fondazzjoni tal-Arċidjoċesi għall-Istudji tat-Teoloġijà.

L-ewwel lecture miftuħ għall-kulħadd ta’ Dr Boven ser ikun dwar The threefold present: how Augustine re-invented time, nhar l-Erbgħa, 27 ta’ Novembru 2019, fis-7pm, fil-GateHall E. Ir-Revdu Dr Mark Sultana sejjer imexxi l-laqgħa, u wara jkun hemm riċeviment fil-foyer ta’ maġenb is-sala.

It-tieni taħdita ta’ Dr Boven ser tkun fis-sala S. Wistin fl-Istitut Agostinjan f’tal-Pietà, nhar il-Ġimgħa, 29 ta’ Novembru 2019 fis-6.15pm. Dr Boven sejjer jitħadded dwar The Splintered mind: Augustine’s ingenious response to the problem of time. Is-Sur Andrè Debattista, lecturer fl-Università ta’ Malta, ser imexxi d-diskussjoni ta’ wara. Wara jkun hemm riċeviment. Dħul hu b’xejn, u hemm wisa’ kbir għall-ipparkjar.

 

 



Strieħu fis-sliem... dawn huma l-kliem li jiġu f’moħħ kull min iżur il-qraba tiegħu fiċ-ċimiterju. Nhar l-Erbgħa 6 ta’ Novembru l-aħwa Agostinjani flimkien ma’ diversi lajċi li huma qrib tal-familja Agostinjana inġabru flimkien biex jitolbu għar-reliġjużi mejtin tal-Provinċja Agostinjana Maltija. L-aħwa reliġjużi ċċelebraw l-ewkaristija fil-kappella taċ-Ċimiterju u wara sar mument qasir ta’ talb fuq l-oqbra tal-Provinċja. Fl-omelija tiegħu P. Leslie Gatt osa ħeġġeġ lil dawk kollha preżenti biex japprezzaw id-don tal-fidi u jirriflettu fuq is-sabiħ tal-ħajja bi stennija għall-ħajja ta’ dejjem. https://oblakasalon.lt/intymios-zonos-konturine-plastika/ penio didinimas hialurono rūgštimi, lūpų putlinimas, plaukų šalinimas lazeriu ir kitos paslaugos.

 

 



Matul is-snin li għaddew il-Kulleġġ Santu Wistin ħadem biex jgħin lill-istudenti fil-Primarja u Sekondarja japprezzaw iktar l-ambjent u n-natura filwaqt li jkunu minn ta’ quddiem biex jieħdu sehem f’inizjattivi li jgħinu l-ambjent u użu aħjar tar-riżorsi u l-affarijiet li għandna.

Matul is-sena skolastika li għaddiet fil-Primarja, l-istudenti flimkien mal-Edukaturi u diversi ġenituri ingħaqdu flimkien biex permezz ta’ tyres użati jsebbħu l-ġnien li għandhom fl-istess skola. F’dan iż-żmien l-istudenti kollha tal-Primarja ħadu sehem fl-inizjattiva Rainbow Tyres fejn kien huma stess li żebgħu diversi tyres użati biex isebbħu l-iskola. Dan huwa mod sabiħ u kreattivi ta’ kif ngħinu lit-tfal jieħdu ħsieb l-ambjent.

Fis-Sekondarja, l-Ekoskola Club tal-Kulleġġ b’involviment dirett ta’ kumitat minn studenti mgħejuna minn diversi edukaturi jieħu ħsieb jorganizza minn żmien għall-ieħor diversi inizjattivi ħadu mill-ġdid l-Green Flag, li hija rikonoxximent għall-iskejjel li jkunu ħadmu u ħolqu attivitajiet t’għajnuna għall-ambjent. Fost dawn l-inizjarttivi huma ħadmu fuq kuxjenza rigward it-tnaqqis ta' skart, riċiklaġġ, żriegħ ta’ siġar fil-komunità tal-Pietà, kitba ta’ artikli u ritratti fil-Young Reporters for the Environment.

Minn qalbna nawguraw lill-komunità edukattiva tal-kulleġġ f’dan l-impenn tagħhom fl-ambjent u fin-natura.

 


Ħafna jafu lil ħuna l-Kardinal Prospero Grech bħala bniedem akkademiku. Apparti li ftit ġranet ilu għalaq 75 sena bħala reliġjuż Agostinjan, huwa ħadem tista tgħid ħajtu kollha f’Ruma fejn għallem f’diversi universitajiet u kien ko-fundatur tal-Istitut Patristiku ‘Augustinianum’. Ta anke kontribut varju lil knisja f’kummisjonijiet u dakasteri differenti.

Imma forsi ftit jafu li l-Kardinal huwa anke fotografu u għal tant snin kellu din il-passjoni li jaqbad permezz tal-kamera mumenti ta’ karattri u xeni mill-isbaħ f’Ruma, Malta u anke f’pajjiżi oħra madwar id-dinja.

It-Tnejn 28 ta’ Ottubru fil-palazz tal-president f’Sant Anton, il-President ta’ Malta inawgura wirja fotografika b’madwar tletin ritratt meħuda tul is-snin mill-istess Kardinal. Il-Kardinal Grech, li ftit ġimgħat oħra jagħlaq l-eta sabiħa ta’ 94 sena, kien ukoll preżenti għal dan il-mument u rringrazzja lil President u lil dawk kollha li għamlu din l-inizjattiva possibbli.

Il-Wirja ser tkun miftuħa għal ħmistax –il ġurnata u r-ritratti esebiti jistgħu jinxtraw bid-dħul imur għall-Community Chest Fund.


Nhar l-Erbgħa 23 ta’ Ottubru, fil-Kunvent San Tumas minn Villanova f’Tal-Pietà saret l-ewwel laqgħa għal dawk iż-żgħażagħ li jixtiequ jagħmlu esperjenza missjunarja fi ħdan il-grupp Amigos fil-Możambik, Afrika fis-sajf li ġej.

Għal din il-laqgħa barra l-membri tal-bord tas-segretarjat missjonijiet agostinjani kien hemm 9 żgħażagħ li ġew biex jisimgħu f’hiex tikkonsisti din l-esperjenza missjunarja. Dawn iż-żgħażagħ ġejjin minn diversi oqsma ta’ xogħol; bħal għalliem, pulizija, kok u studenta tal-liġi.

Fr. Mario Abela osa flimkien ma’ diversi żgħażagħ li jgħinu fis-segretarjat spjegaw dwar il-ħidma li  huma sejrin jagħmlu meta jkunu l-Afrika. Dawk li għamlu din l-esperjenza fis-snin li għaddew ħadu gost jaqsmu ma’ dawn id-9 żgħażagħ l-esperjenza tagħhom. Min-naħa tagħhom iż-żgħażagħ li jixtiequ jagħmlu din l-esperjenza kellhom iċ-ċans jistaqsu diversi mistoqsijiet. Din il-laqgħa spiċċat bi drink żgħira offrut mill-komunità tal-Patrijiet Agostinjani f’ Tal-Pietà. 

Jekk tixtieq tkun taf iktar fuq il-grupp AMIGOS żur http://www.agostinjani.org/mt/ministeri/missjoni/amigos.html jew il-facebook Page: Amigos


© 2024 agostinjani.org. All Rights Reserved.