Nhar il-Ħamis 12 ta’ Diċembru sar Kunċert tal-Milied mis-St. Paul Metropolitan Orchestra flimkien mas-soprani Karen Gatt Darmenia, Frances Catherine Farrugia u Anita Vella Bondin, tenuri Joseph Aquilina u Mark Edward Mifsud, u fil-baxx James Vella Bondin, akkumpanjati mill-Anacrusius Concert Choir. Dan il-kunċert ‘Joy to the World’ sar fil-Knisja Santu Wistin fil-Belt Valletta sabiex bid-donazzjonijiet li jinġabru jkun jista’ jibqa’ jsir ir-restawr tal-Kappella tal-Kunvent li tagħmel parti mill-Mużew tal-Kunvent.

Wara l-kunċert kien hemm żjara fil-mużew u x-xelter tal-kunvent flimkien ma’ ikla fir-refettorju tal-Kunvent.




Il-Provinċja Agostinjana Maltija organizzat Seminar fuq iż-żgħażagħ fit-13 ta’ Diċembru fid-Dar Ħanin Samaritan, Santa Venera. Dan is-Seminar kien organizzat bil-għan li l-patrijiet tal-provinċja jkomplu jaħsbu dwar il-modi varji li bihom jistgħu jakkumpanjaw liż-żgħażagħ fil-ħajja tagħhom. Waqt is-Seminar tkellmu s-Sur Roberto Calleja (Youth Leader, Junior College), André DeBattista (żagħżugħ midħla tal-Agostinjani), u Evan Demicoli u Emma Lanzon (Malta Catholic Youth Network). Huma tkellmu dwar ir-realtà taż-żgħażagħ fis-soċjetà tal-lum u l-isfidi varji li jiffaċjaw. Dan serva biex tinħoloq diskussjoni dwar x’għandu jkun u x’jista jkun l-irwol tal-Agostinjani f’Malta fil-ħidma pastorali tagħhom maż-żgħażagħ.


Illum wara nofsinhar il-Mulej għoġbu jsejjaħ fi ħdanu lil P. Rikkardu Attard li kellu 87 sena. Qabel ma daħal id-Dar tal-Kleru minħabba l-kura li kellu bżonn, huwa kien jgħix fil-komunità ta' Ħal Tarxien, ħadem ukoll għal bosta snin Katanja u l-Brażil.

 

Il-funeral ser isir nhar il-Ħamis 28 ta’ Novembru 2019 fid-9.30am. Il-ġisem ta’ P. Rikkardu Attard ser ikun espost għal pubbliku fl-Oratorju Agostinjan f’Ħal Tarxien mit-8.15am ‘il quddiem.

 

Fid-9.30am ser jitlaq Corteo mill-Oratorju sal-Knisja ta’ San Nikola minn Tolentino Ħal Tarxien fejn tiġi ċċelebrata l-quddiesa.

 

Huwa mixtieq li minflok fjuri jsiru donazzjonijiet lil Missjonijiet Agostinjani

 

BOV 400-1018-8817

 

Jew SMS fuq

50616117 – donazzjoni ta’ €1.16

50617357 – donazzjoni ta’ €2.33

50618085 – donazzjoni ta’ €6.99

50619206 – donazzjoni ta’ €11.65

 

Jew ċekk lil Fr. Mario Abela OSA, Segretarjat Missjonijiet Agostinjani, Triq J. Zammit Tabona, Pietà PTA 1331.

 

Nkomplu niftakru fit-talb tagħna f'ħuna P. Rikkardu u fil-Provinċja Agostinjana Maltija.

 

Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta' dejjem, id-dawl ta' dejjem jiddi fuqu, jistrieħ fis-sliem, Ammen.



Bħala parti mill-preparazzjoni għall-Milied fi żmien l-Avvent, l-istudenti kollha tal-Kulleġġ mill-Primarja u mis-Sekondarja, taw kontribuzzjoni għall-proġett tal-Millennium Chapel immexxi mill-Familja Agostinjana f’forma ta’ ikel, affarijiet tal-iskola u anke ħwejjeġ. L-inizjattiva tnehdiet mic-Chapliancy teams. L-istudenti tal-Primarja ‘ħallsu’ din il-kontribuzzjoni talli libsu flokk tal-Milied, filwaqt li l-istudenti tas-Sekondarja libsu tracksuit li jixtiequ huma. Permezz ta’ din l-attivita’ huma saru iktar konxji li f’dan iż-żmien tal-Milied, mhux kulħadd għandu dak kollu li jixtieq, imma hemm tfal tamparahom illi għandhom nuqqasijiet bażiċi minħabba ċ-ċirkostanzi soċjali li jgħixu fihom. Grazzi lill-istudenti, edukaturi u familji tagħhom li taw il-kontribut sabiħ tagħhom.

 


Nhar il-Ħamis 14 u l-Ġimgha 15 ta’ Novembru, il-Kulleġġ iċċelebra s-Serata tal-Unuri għas-sena skolastika li għaddiet ġewwa s-Sala tal-Kampus tal-Primarja fil-Marsa. L-Onor. Evarist Bartolo u d-Direttur tas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija, s-Sur Ian Mifsud, attendew is-serata tal-Ħamis. L-istudenti ġew ippremjati għall-kisbiet akkademiċi tagħhom, permezz ta’ premijiet lil studenti li ġew l-ewwel fis-sena tagħhom, f’suġġetti partikolari jew li kisbu marki għoljin f’suġġetti partikolari. Il-Kulleġġ jemmen ukoll li studenti li tejbu l-marki tagħhom minn sena għall-oħra għandhom jiġu ppremjati għax il-viżjoni Agostinjani tal-Edukazzjoni tħaddan fiha l-valur tat-titjib tal-ħiliet tiegħek waqt li tħares lejn l-edukazzjoni b’mod pożittiv. Studenti li kisbu punti għoljin għall-imġieba tajba tagħhom ingħataw Premju tad-Deheb, Fidda jew Bronż skont il-każ. Premijiet speċjali oħra ingaħataw għall-studenti bi spirtu qawwi ta’ Komunita’ u lil oħrajn li wrew abilita’ f’xi Multiple Intelligences.

Tul dawn iż-żewġ serati, il-konunita’ edukattiva tagħna ċċelebrat il-ħiliet artistiċi tal-istudenti, permezz tal-Korijiet tal-Kampus tal-Primarja u tas-Sekondarja; il-band tas-Sekondarja, u numru ta’ skizzi qosra mill-istudenti tad-drama taż-żewġ Campuses. L-situdenti qraw xogħlijiet letterarji fil-lingwi li jitħarrġu fihom fil-Kulleġġ. Iż-żewġ serati ttellgħu permezz tal-ħidma sfieqa tal-edukaturi li ħadmu flimkien biex ħarrġu lill-istudenti li ħadmu fuq il-potenzjal tagħhom u qassmu t-talenti tagħhom mall-kustodji li jafdaw lil uliedhom fil-Kulleġġ tagħna.


© 2024 agostinjani.org. All Rights Reserved.