Illum wara nofsinhar il-Mulej għoġbu jsejjaħ fi ħdanu lil P. Rikkardu Attard li kellu 87 sena. Qabel ma daħal id-Dar tal-Kleru minħabba l-kura li kellu bżonn, huwa kien jgħix fil-komunità ta' Ħal Tarxien, ħadem ukoll għal bosta snin Katanja u l-Brażil.

 

Il-funeral ser isir nhar il-Ħamis 28 ta’ Novembru 2019 fid-9.30am. Il-ġisem ta’ P. Rikkardu Attard ser ikun espost għal pubbliku fl-Oratorju Agostinjan f’Ħal Tarxien mit-8.15am ‘il quddiem.

 

Fid-9.30am ser jitlaq Corteo mill-Oratorju sal-Knisja ta’ San Nikola minn Tolentino Ħal Tarxien fejn tiġi ċċelebrata l-quddiesa.

 

Huwa mixtieq li minflok fjuri jsiru donazzjonijiet lil Missjonijiet Agostinjani

 

BOV 400-1018-8817

 

Jew SMS fuq

50616117 – donazzjoni ta’ €1.16

50617357 – donazzjoni ta’ €2.33

50618085 – donazzjoni ta’ €6.99

50619206 – donazzjoni ta’ €11.65

 

Jew ċekk lil Fr. Mario Abela OSA, Segretarjat Missjonijiet Agostinjani, Triq J. Zammit Tabona, Pietà PTA 1331.

 

Nkomplu niftakru fit-talb tagħna f'ħuna P. Rikkardu u fil-Provinċja Agostinjana Maltija.

 

Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta' dejjem, id-dawl ta' dejjem jiddi fuqu, jistrieħ fis-sliem, Ammen.



Nhar il-Ħamis 14 u l-Ġimgha 15 ta’ Novembru, il-Kulleġġ iċċelebra s-Serata tal-Unuri għas-sena skolastika li għaddiet ġewwa s-Sala tal-Kampus tal-Primarja fil-Marsa. L-Onor. Evarist Bartolo u d-Direttur tas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija, s-Sur Ian Mifsud, attendew is-serata tal-Ħamis. L-istudenti ġew ippremjati għall-kisbiet akkademiċi tagħhom, permezz ta’ premijiet lil studenti li ġew l-ewwel fis-sena tagħhom, f’suġġetti partikolari jew li kisbu marki għoljin f’suġġetti partikolari. Il-Kulleġġ jemmen ukoll li studenti li tejbu l-marki tagħhom minn sena għall-oħra għandhom jiġu ppremjati għax il-viżjoni Agostinjani tal-Edukazzjoni tħaddan fiha l-valur tat-titjib tal-ħiliet tiegħek waqt li tħares lejn l-edukazzjoni b’mod pożittiv. Studenti li kisbu punti għoljin għall-imġieba tajba tagħhom ingħataw Premju tad-Deheb, Fidda jew Bronż skont il-każ. Premijiet speċjali oħra ingaħataw għall-studenti bi spirtu qawwi ta’ Komunita’ u lil oħrajn li wrew abilita’ f’xi Multiple Intelligences.

Tul dawn iż-żewġ serati, il-konunita’ edukattiva tagħna ċċelebrat il-ħiliet artistiċi tal-istudenti, permezz tal-Korijiet tal-Kampus tal-Primarja u tas-Sekondarja; il-band tas-Sekondarja, u numru ta’ skizzi qosra mill-istudenti tad-drama taż-żewġ Campuses. L-situdenti qraw xogħlijiet letterarji fil-lingwi li jitħarrġu fihom fil-Kulleġġ. Iż-żewġ serati ttellgħu permezz tal-ħidma sfieqa tal-edukaturi li ħadmu flimkien biex ħarrġu lill-istudenti li ħadmu fuq il-potenzjal tagħhom u qassmu t-talenti tagħhom mall-kustodji li jafdaw lil uliedhom fil-Kulleġġ tagħna.


Il-Ħamis, 31 ta’ Ottubru filgħaxija fil-Kuridur tal-Kunvent ta’ Santu Wistin il-Belt Valletta ittella kunċert mill-pjanista brava Naoko Aburaki. Aburaki li hija Ġappuniża, esegwixxiet biċċiet minn Kompożituri kbar bħal Bach, Schubert, Debussy u Chopin. Wara l-kunċert, dawk li attendew kellhom il-possibilita li jduru partijiet mill-kunvent u komplew bl-ikel fir-refettorju tal-istess Kunvent.

Dan l-attività hija okkażjoni oħra mill-inizjattiva li qed tippromwovi s-Sinjura Xenia Lorenz-Rebers bl-esperjenza ta’ Kunċert u Ikla fil-kunvent. Barra l-esperjenza partikolari li toffri, din l-inizjattiva għandha anke l-iskop li tippromwovi l-patrimonju kulturali Agostinjan, waqt li tiġbor fondi b’risq ir-restawr tal-kappella l-antika tal-kunvent.


‘Il-Midja qed isservi jew tittradixxi s-soċjetà Maltija?’ kien it-titlu tal-ewwel laqgħa ta’ diskussjoni informali fis-serje bit-tema ‘Soċjetà f’Salib it-Toroq’, organizzata minn The Augustinian Cloister Foundation, Malta, fir-refettorju storiku tal-kunvent Agostinjan ta’ San Mark ir-Rabat, Malta. Il-Ġimgħa 25 ta’ Ottubru rat l-ewwel grupp magħmul minn firxa wiesgħa ta’ ġurnalisti u opinion leaders magħrufin. Il-Professur Andrew Azzopardi mexxa l-laqgħa li kienet milqugħa tajjeb b’parteċipazzjoni attiva fid-diskussjoni u b’rappurtaġġ favorevoli u intervisti f’diversi sezzjonijiet tal-midja.

‘Soċjetà f’Salib it-Toroq’ hi serje ta’ diskussjonijiet informali organizzati minn The Augustinian Cloister Foundation, Malta, li bdew f’Ottubru 2019 għal gruppi ta’ persuni magħżula minn professjonisti u oħrajn b’esperjenzi diversi tal-ħajja. L-għan prinċipali ta’ dawn il-laqgħat hu li joħorġu ideat u ħsibijiet li jkunu utli għas-soċjetà in ġenerali. Il-format tad-diskussjonijiet hu mibni fuq introduzzjoni qasira minn moderatur/opinion leader, b’diskussjoni miftuħa u libera wara dwar it-tema partikulari kif tapplika għal dawk li jieħdu sehem.


Nhar l-Erbgħa, 13 ta Novembru, jum it twelid ta' Santu Wistin, il-lajċi agostinjani ċċelebraw il- Festa tal-Qaddisin kollha Agostinjani, fil-Kappella tal-Monasteru tas-Sorijiet Agostinjani ta' Ħajja Kontemplattiva fil-Belt Valletta. Saret quddiesa mmexxija mill-Provinċjal, P. Leslie Gatt OSA. Fil - quddiesa sar ukoll talb għall-bżonnijiet tal- vokazzjonijiet agostinjani. Wara  l-quddiesa, l-lajċi kellhom ċ-ċans jidħlu fil-Monasteru fejn iltaqgħu mas-sorijiet u ħadu xi haġa flimkien. Grazzi kbira lis-sorijiet tal-laqgħa li għamlulna.


© 2024 agostinjani.org. All Rights Reserved.