L-isbaħ kuntatti fil-ħajja jseħħu meta l-għajnejn jiltaqgħu, meta l-qlub jinfetħu, meta l-esperjenzi ngħixuhom flimkien.

L-isbaħ kuntatti fil-ħajja jseħħu meta jkun hemm intimità, ġenwinità, trasparenza u wens reali.

L-isbaħ kuntatti fil-ħajja jseħħu meta l-ġewwieni tagħna jintmiss minn barkiet u meta l-immaġinazzjoni fina tibqa’ timraħ.

 



L-Erbgħa 8 ta’ Frar fil-5.30pm fil-Knisja tagħna ta’ Għawdex saret velja ta’ talb li matulha inqraw siltiet mill-ħajja ta’ Fra Grazzja Gauci OSA. Wara wkoll sar it-tberik tax-xbieħa tiegħu, xogħol il-pittur bravu Manwel Farrugia, u sar mument ta’ talb quddiem Ġesu’ Sagramentat. Dakinhar kienet ippubblikata l-bijografija tiegħu – xogħol ta’ Eman Bonnici. Kienu mqassma santi b’aspetti ta’ ħajtu u b’talba miktuba mill-Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech.


Il-Ħamis 19 ta’ Jannar 2017, fil-Knisja Parrokjali ta’ Santu Wistin il-Belt Valletta, sar servizz ekumeniku bħala parti mill-Ġimgħa ta’ talb għall-Għaqda tal-Insara. Is-servizz ekumeniku kien organizzat mill-Kummissjoni Djoċesana għall-Ekumeniżmu bil-kollaborazzjoni tal- Christians Together in Malta (Malta Ecumenical Council).  Ikkordina s-servizz ekumeniku Fr Hector Scerri, President tal-Kummissjoni Djoċesana għall-Ekumeniżmu u Chairman ta’ Christians Together in Malta. It-tema ta’ din is-sena kienet Rikonċiljazzjoni: L-imħabba ta’ Kristu ssuqna.

Ritratti: Uffiċċju Komunikazzjoni, Kurja

http://thechurchinmalta.org/en/posts/65968/ecumenical-service-during-the-week-of-prayer-for-christian-unity

 


Fl-okkażjoni tal-Bi-Ċentinarju tat-twaqqif tal-Provinċja Agostinjana, inbdiet inizjattiva ta’ Djalogi Agostinjani mas-soċjetà. Bħala l-ewwel kelliem stedinna lill-Eminenza Tiegħu l-Kardinal Gianfranco Ravasi, President tal-Kunsill Pontifiċju tal-Kultura, li tkellem fuq Il tempo e la piazza. Fede, cultura, societa’. Kienet riflessjoni tajba ħafna għal ħajjitna stess. Il-lecture, li saret it-Tlieta 24 ta’ Jannar saret fis-Sala Tereża Spinelli fil-Gżira.


Il-Kor St Paul Choral Society ipparteċipa f’kunċert tal-Milied fis-7 ta’ Diċembru fil-Knisja San Mark. Kien kunċert tassew sabiħ u li pparteċipaw diversi persuni. Kien hemm ukoll qari minn Santu Wistin. Wara kien servut mulled-wine u mince-pies fil-kjostru agostinjan. Din l-attività kienet organizzata mill-Augustinian Cloister Foundation bħala parti mill-laqgħat mal-kultura.


© 2024 agostinjani.org. All Rights Reserved.