Matul dawn l-aħħar xhur, tlitt aħwa mill-Provinċja Agostinjana, ċċelebraw b’ferħ kbir il-25 u l-50 sena mill-Ordinazzjoni saċerdotali tagħhom.

Nhar il-Ġimgħa 7 ta’ Lulju 2017  P. Joseph Zammit OSA iċċelebra 25 anniversarju permezz ta’ ċelebrazzjoni ewkaristika fil-Knisja S. Nikola minn Tolentino f’Ħal Tarxien. 

Adeodato Schembri OSA iċċelebra 50 sena mill-Ordinazzjoni saċerdotali tiegħu fil-Knisja S. Wistin fir-Rabat Għawdex nhar il-Ħadd 12 ta’ Marzu 2017, filwaqt li P. Luċjan Borg OSA iċċelebra l-50 sena anniversarju saċerdotali fil-Knisja Marija Omm il-Parir it-Tajjeb Paceville nhar il-Ħadd 9 ta’ Lulju 2017.

Nawguraw lil dawn ħutna u nkomplu nitolbu għalihom. Ad Multos Annos!

 

 

 



Nhar l-Erbgħa, 28 ta'Ġunju saret il-Festa Familja Agostinjana fis-Settur tal-Primarja tal-Kulleġġ Santu Wistin fi Triq l-Iskola, fil-Marsa. Fis-6.00 p.m. ġiet iċċelebrata quddiesa u wara l-Provinċjal P. Raymond Francalanza osa qasam xi riflessjonijiet fuq il-kontribut tal-Agostinjani fil-preżent u fil-futur, wara saret Pizza Night.

Azərbaycanın ən yaxşı onlayn kazino saytlarının reytinqi


Il-komunità Agostinjana fil-Belt Valletta bħala parti mill-attivitajiet tal-Bi-Ċentinarju tal-Provinċja Agostinjana Maltija, fetħet il-bibien tal-kunvent sabiex in-nies iżuru u jagħmlu esperjenza ta’ kultura, arti, fidi u storja.

Fost l-attrazzjonijiet kull min żar il-kunvent seta’ jara ukoll re-enactment tas-suldati ta’ Malta fuq dar fil-mandraġġ fi żmien il-gwerra, wirja ta’ presepji kif ukoll wirja tal-għaqda mudelli tal-knejjes.


Waħda mill-ewwel attivitajiet tal-Vok Club tal-Kulleġġ Santu Wistin għas-Sajf 2017 kienet l-A&P Friendship Day. Nhar l-Erbgħa 28 ta’ Ġunju t-tfal u l-adolexxenti  li pparteċipaw għixu esperjenza ta’ ħbiberija fuq il-passi tal-ħbieb ta’ Santu Wistin - Alipju u Possidju  - ibbażati fuq il-valur Agostinjan tal-ħbiberija. Kienet ġurnata mimlija attivitajiet ta’ formazzjoni, talb, logħob u baħar.


Grupp ta’ Patrijiet Agostinjani matul il-ġimgħa bejn id-19 u 23 ta’ Ġunju nġabru f’Dar Stella Maris fiż-Żebbuġ Għawdex għall-jiem ta’ silenzju u riflessjoni akkumpanjati  minn P. Marcello Ghirlando OFM. Dawn kienu jiem fejn f’ambjent ta’ komunità, l-aħwa miġbura setgħu jirriflettu iktar fuq is-sejħa reliġjuża tagħhom f’relazzjoni mal-Mulej Ġesù, filwaqt li jkomplu jġeddu qalbhom fil-missjoni tagħhom.


© 2024 agostinjani.org. All Rights Reserved.